Gwida dwar il-moderazzjoni

Issir moderazzjoni ta’ kull proposta mressqa miċ-ċittadini qabel kwalunkwe pubblikazzjoni fuq il-pjattaforma. Il-proposti li ma jissodisfawx il-Gwida dwar il-moderazzjoni stabbilita minn Make.org jiġu miċħuda minnufih u ma jitpoġġewx online.


Proposta tista’ tiġi miċħuda għar-raġunijiet li ġejjin:

- jekk tkun miktuba b’mod li ma jinftiehemx minn ċittadini oħra jew li ikun fiha taqsiriet jew simboli li jkunu diffiċli jinftiehmu,

- jekk ma żżommx mas-suġġett, jiġifieri ma tweġibx il-mistoqsija li tkun saret waqt il-konsultazzjoni,

- jekk tkun miktuba f’lingwa li ma tkunx il-lingwa magħżula għall-konsultazzjoni tal-pajjiż li għalih tkun għamilt proposta, jiġifieri l-lingwa uffiċjali tal-Unjoni Ewropea mitkellma mill-ikbar għadd possibbli ta’ ċittadini ta’ pajjiżek,

- jekk tmur kontra r-rispett lejn kulħadd. B’mod partikulari, jekk tkun ta’ natura diskriminatorja jew sejħa għall-mibegħda jew għall-vjolenza,

- jekk tkun abbużiva jew miktuba bi kliem baxx,

- jekk tkun partiġġjana. Pereżempju, jekk tapoloġizza jew tiddisprezza partit politiku, figura politika jew pubblika jew jekk ikollha karattru proselita,

- jekk tkun kummerċjali. Pereżempju, jekk ikollha natura pubbliċitarja jew tippromwovi servizzi,

- meta jkun fiha diversi ideat fl-istess waqt, għax il-prassi ta’ idea waħda għal kull proposta tippermetti li ċ-ċittadini jagħtu l-opinjoni tagħhom b’mod aktar faċli u l-konsultazzjoni tkun tinftiehem aħjar. Jekk ikollok diversi ideat, nissuġġerulek toħloq diversi proposti.


Kemm-il darba l-proposta tiegħek tiġi miċħuda għar-raġunijiet spjegati hawn fuq, tiġi nnotifikat bi spjega permezz ta’ email.


Naturalment, irrispettivament minn liema azzjoni ta’ moderazzjoni titwettaq mit-timijiet ta’ Make.org, l-idea tiegħek tibqa’ tiegħek u mhuwiex kompitu tagħna li nibdlu t-tifsira jew is-sintassi ġenerali tal-proposta tiegħek.